Dan is-sit elettroniku jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Il-GDPR (UE 2016/679) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap 586
Ir-Regolament (UE) 2016/679 Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap 586 jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali.
Dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, GDPR (UE) 2016/679 huma direttament applikabbli f’kull Stat Membru. Il-GDPR jipprovdi protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u r-regoli relatati mal-moviment liberu ta’ data personali. Ir-Regolament jippreżenta sett ta’ regoli li japplikaw b’mod uniformi madwar l-Unjoni Ewropea. Il-GDPR jagħti protezzjoni aktar imsaħħa tad-data personali, aċċess aktar faċli għad-data u infurzar aktar b’saħħtu tar-regoli. L-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, il-Kap 586 tal-Liġijiet ta’ Malta jimplimenta u jispeċifika aktar id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GDPR dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. Jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima FAQ dwar il-protezzjoni tad-data, sabiex tkun konxju mid-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ din il-leġiżlazzjoni.
