Politika dwar il-Cookies

L-entità hija impenjata li tkun kompletament trasparenti u tipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-sit web. Aħna nistinkaw biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex volontarjament permezz tal-formoli online.

X’inhi cookie?

Cookie hija biċċa data żgħira li sit web jistaqsi lill-brawżer tiegħek biex jaħżen bħala sekwenza ta’ test fuq l-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma ssettjati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jgħixu fuq il-brawżer tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara l-iskadenza tad-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.

Liema tipi ta’ cookies juża dan is-sit web?

Dan is-sit web jagħmel użu miż-żewġ tipi differenti ta’ cookies li ġejjin:

Cookies ta’ sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit web. Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-brawżer.

Limitati cookies ta’ partijiet terzi: dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet għajr dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta’ cookies ta’ partijiet terzi fuq dan is-sit web huwa ristrett u permess biss għall-fini ta’ kondiviżjoni soċjali (jippermettilek taqsam l-artikli tagħna permezz tad-diversi networks tal-midja soċjali) u meta ninkorporaw kontenut fil-paġni ta’ dan is-sit web minn siti web oħra ta’ partijiet terzi.

Kif nista’ nħassar jew niddiżattiva l-cookies?

Jekk il-brawżer tiegħek MHUX ikkonfigurat, b’mod  awtomatiku, biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies, tista’ tikkonfigura manwalment il-brawżer tiegħek biex jew jirrifjuta l-cookies kollha jew jikkontrolla liema cookies jiġu ssettjati fuq l-apparat tiegħek permezz ta’ dan is-sit web.

Id-diżattivazzjoni tal-cookies ta’ dan is-sit web mhux se taffettwa l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek.