Din il-paġna (flimkien mad-dokumenti msemmija fiha) tipprovdilek it-termini u l-kundizzjonijiet li fuqhom tista’ tuża l-websajt, kemm jekk bħala viżitatur kif ukoll bħala utent irreġistrat. Jekk jogħġbok aqra dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu bir-reqqa qabel ma tibda tuża s-sit. Billi tuża l-websajt, inti tindika li taċċetta u taqbel li timxi ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu, jekk jogħġbok astjeni milli tuża l-websajt.
AĊĊESS GĦAS-SIT
L-aċċess għal dan is-sit huwa permess fuq bażi temporanja, u aħna nirriżervaw id-dritt li nirtiraw jew nemendaw l-informazzjoni u/jew is-servizzi li nipprovdu fuq is-sit mingħajr avviż (ara hawn taħt).
Se nagħmlu sforzi raġonevoli biex niżguraw li s-sit ikun disponibbli 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, mhux se nkunu responsabbli jekk għal xi raġuni l-websajt ma tkunx disponibbli fi kwalunkwe ħin jew għal kwalunkwe perjodu.
Minn żmien għall-ieħor, nistgħu nillimitaw l-aċċess għal xi partijiet tas-sit, jew is-sit kollu, għall-utenti li kienu rreġistraw.
Jekk tagħżel, jew tingħatalek, kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-utent, password, jew kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra bħala parti mill-proċeduri ta’ sigurtà tagħna, trid tittratta din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali, u m’għandekx tiżvelaha lil xi terza persuna. Għandna d-dritt li niddiżattivaw kwalunkwe kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-utent jew password, kemm jekk magħżula minnek kif ukoll allokata minna, fi kwalunkwe ħin, jekk fl-opinjoni tagħna ma tkunx konformi ma’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu.
Meta tuża s-sit, għandek toqgħod lura milli tagħmel xi ħaġa elenkata fit-taqsima ‘Użu Projbit’ ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet.
Inti responsabbli li tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa biex ikollok aċċess għall-websajt. Inti responsabbli wkoll li tiżgura li l-persuni kollha li jaċċessaw il-websajt permezz tal-konnessjoni tal-internet tiegħek ikunu konxji ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet, u li jikkonformaw magħhom.
UŻU TAS-SIT
Dawn it-termini u kundizzjonijiet jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fuq is-sit u s-servizzi relatati, b’mod partikolari notifiki tas-sit, u kummenti mtella’ fuqu, u/jew l-użu tas-sit bl-iskop li jintbagħtu formoli ta’ applikazzjoni disponibbli fuq is-siti tal-ministeri, dipartimenti jew entitajiet oħra fi ħdan il-Gvern ta’ Malta.
Notifiki u kummenti awtomatiċi:
Dan is-sit elettroniku jista’ joffri s-servizz ta’ notifika awtomatizzata dwar aġġornamenti ta’ informazzjoni fi ħdan is-sit elettroniku. Il-funzjonalità tan-notifiki tippermetti lill-utenti jagħżlu x’għandhom jiġu nnotifikati u meta għandhom jiġu nnotifikati dwar bidliet fl-informazzjoni. In-notifiki se jitwasslu permezz tal-indirizz elettroniku pprovdut mill-utent.
Dan is-sit elettroniku jista’ joffri wkoll karatteristika ta’ kummenti biex jipprovdi interazzjoni bejn l-utenti u s-sid tas-sit elettroniku. Il-karatteristika tippermetti lill-utenti jintervjenu u jipparteċipaw f’diskussjonijiet relatati mal-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit elettroniku. Fil-każ li tali karatteristika tkun funzjonali, nirriżervaw id-dritt li nneħħu kummenti li:
- ikun fihom lingwa abbużiva, oxxena, indiċenti jew offensiva, jew li jkollu rabta ma’ materjal oxxen jew offensiv;
- jekk ikun fih kliem ħażin jew xorta oħra ta’ profanità ma jkollhomx x’jaqsmu mat-tema tal-konverżazzjoni, jew mhumiex rilevanti mas-suġġett li jkun hemm fuq il-paġna;
- jekk tinkludi lingwa abbużiva lejn individwu involut fil-paġna, organizzazzjonijiet oħra jew l-amministratur tal-paġna;
- jikkostitwixxu spam jew jippromwovu jew jirreklamaw prodotti, ħlief fejn ikun għal avveniment, pubblikazzjoni jew oġġett simili li għandu rilevanza diretta għas-suġġett tad-diskussjoni. Informazzjoni dwar kif issib u taqsam l-għarfien u l-kompetenza hija milqugħa, iżda fid-diskussjoni speċifika pprovduta
- jekk huma mfassla biex joħolqu inkonvenjent lill-amministratur tal-paġna jew lil utenti oħra.
Aħna nirriżervaw id-dritt li nneħħu l-ispazju tal-kummenti fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.
Il-karatteristika tan-notifiki u l-kummenti awtomatizzati hija disponibbli għall-utenti li kisbu Identità Elettronika Maltija (e-ID). Għal aktar informazzjoni dwar l-e-ID, tista’ żżur www.servizz.gov.mt
Tranżazzjonijiet online permezz ta’ formoli elettroniċi:
Tista’ tawtentika mal-websajt tal-e-Forms permezz tal-e-ID jew billi tirreġistra fuq il-websajt tal-e-Forms billi tuża l-kont tal-email tiegħek. Jekk inti eliġibbli biex tapplika għal e-ID, m’intix permess li tirreġistra fuq il-websajt tal-e-Forms billi tuża l-kont tal-email tiegħek.
Ladarba tirreġistra, tirċievi notifika bl-email li tindika li r-reġistrazzjoni tiegħek fil-websajt tal-e-Forms irnexxiet u għandek tkun tista’ tidħol bl-użu tal-kredenzjali tiegħek. Bħala utent irreġistrat tkun tista’ tuża l-karatteristiċi li ġejjin:
- timla formoli online (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘e-Forms’);
- taffettwa l-ħlasijiet għall-e-Forms rispettivi;
- tehmeż id-dokumenti meħtieġa mal-e-Forms rilevanti qabel ma tibgħathom;
- tiffirma dokumenti u e-Forms;
- tissottometti e-Forms;
- tintraċċa l-e-Forms sottomessi;
- tirċievi notifiki rigward l-e-Forms sottomessi;
- tara l-istorja tal-e-Forms sottomessi;
- Tuża mekkaniżmi ta’ gwida u għajnuna fil-formoli;
L-utenti reġistrati huma mitluba li jaqraw sew it-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tranżazzjonijiet tal-e-Forms qabel jissottomettu l-istess e-Forms. Dawn it-termini huma provduti hawn.
UŻU TA’ APPS TAL-GVERN FUQ IL-MOWBAJL
‘App fuq il-mowbajl’ tfisser is-software application ipprovduta mill-Gvern ta’ Malta (‘Aħna/Tagħna’) li tippermetti l-aċċess għas-servizzi tal-Gvern fuq apparat tal-mowbajl, inkluż kwalunkwe software jew dokument ta’ terza parti li jippermetti l-użu tas-software application u kwalunkwe aġġornamenti disponibbli minn żmien għal żmien.
Il-Gvern ta’ Malta qiegħed preżentement jagħti lill-Utent (‘Int / Tiegħek’) liċenzja mhux esklussiva, mhux trasferibbli, ħielsa mid-drittijiet, u revokabbli, biex tuża l-App tal-mowbajl għall-użu personali tiegħek, skont dawn it-termini u kundizzjonijiet u skont ir-regoli jew proċeduri applikati minn kwalunkwe fornitur jew operatur tal-Appstore mis-sit li minnu tniżżlet l-App tal-mowbajl (‘Appstore’).
Kull trademark, drittijiet tal-awtur, drittijiet tad-database u drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali ta’ kwalunkwe natura fl-App tal-mowbajl, flimkien mal-bażi tas-software code, huma proprjetà diretta tagħna jew tal-liċenzjaturi tagħna. Aħna ma nbigħux l-App tal-mowbajl lilek. Aħna nibqgħu lis-sidien tal-App tal-mowbajl f’kull ħin.
L-App Mobbli bħalissa hija disponibbli għalik mingħajr ħlas. Tista’ tuża l-App Mobbli sabiex tipprovdi s-servizzi tiegħek iżda m’għandekx terġa’ tbigħ jew tqassam mill-ġdid l-App Mobbli għal profitt. Aħna nirriżervaw id-dritt li nemendaw jew nirtiraw l-App Mobbli jew niċċarġjaw għall-App Mobbli jew is-servizz ipprovdut lilek, fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni.
Kwalunkwe informazzjoni li qed tintuża mill-App tkun suġġetta għat-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku.
Jekk m’intix min iħallas il-kont għall-apparat mobbli li qed jintuża biex taċċessa l-App Mobbli, jiġi preżunt li rċevejt permess mingħand min iħallas il-kont biex tuża l-App Mobbli. Inti tirrikonoxxi, u għandek tiżgura li min iħallas il-kont jirrikonoxxi, li t-termini tal-ftehim mal-fornitur tan-netwerk mobbli rispettiv tagħhom (‘Fornitur Mobbli’) se jkomplu japplikaw meta jużaw l-App Mobbli. B’riżultat ta’ dan, min iħallas il-kont jista’ jiġi ċċarġjat mill-Fornitur Mobbli għall-aċċess għas-servizzi ta’ konnessjoni tan-netwerk għat-tul tal-konnessjoni waqt li jaċċessa l-App Mobbli jew kwalunkwe ħlasijiet ta’ partijiet terzi li jistgħu jinqalgħu. Inti taqbel, u għandek tiżgura li min iħallas il-kont jaqbel, li min iħallas il-kont jaċċetta r-responsabbiltà għal kwalunkwe ħlas bħal dan.
Kwalunkwe (a) tentattiv biex tikkopja, tirriproduċi, tbiddel, timmodifika, tagħmel inġinerija inversa, tiżżarma, tiddekompila, tittrasferixxi, tiskambja jew tittraduċi l-App Mobbli; jew (b) toħloq xogħlijiet derivattivi tal-App Mobbli ta’ kwalunkwe tip, għandu jkun strettament ipprojbit.
Se nużaw l-isforzi raġonevoli kollha biex l-App Mobbli tkun kompletament funzjonali a) fejn dan ikun teknikament fattibbli u b) fuq apparati (i) li huma kkunsidrati mainstream; (ii) li għandhom sistema operattiva mainstream; (iii) li għandhom is-softwer ikkonfigurat kif appoġġjat mill-bejjiegħ oriġinali tal-apparat; (iv) li s-sistema operattiva tkun ġiet aġġornata bl-aħħar aġġornamenti.
Il-verżjoni tal-App tista’ tiġi aġġornata minn żmien għal żmien biex tkun tiflaħ għal funzjonijiet u servizzi ġodda.
Aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip, għan-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-App jew għal kwalunkwe diffikultà jew inkapaċità li tniżżel jew taċċessa l-kontenut minħabba atti jew ommissjonijiet tal-Appstore jew falliment ieħor tas-sistema ta’ komunikazzjoni li jista’ jirriżulta f’li l-App ma tkunx disponibbli.
Int tirrikonoxxi li l-App tal-mowbajl tista’ tiġi affettwata minn fatturi li huma lil hinn mill-kontroll tagħna inkluż, iżda mhux limitat għal, l-internet u l-mobile networks li għandhom impatt dirett fuq id-disponibbiltà tal-App u l-kwalità tal-esperjenza tal-utent.
Minn żmien għal żmien, jistgħu jinħarġu aġġornamenti għall-App Mobbli permezz tal-Appstore. Skont l-aġġornament, inti tista’ ma tkunx tista’ tuża l-App Mobbli sakemm ma tkunx niżżilt jew ixxandart l-aħħar verżjoni tal-App Mobbli u aċċettajt kwalunkwe termini ġodda.
Nistgħu ntemmu l-użu tal-App Mobbli fi kwalunkwe ħin billi nagħtuk avviż minn qabel tat-terminazzjoni. Malli jkun hemm xi terminazzjoni: (a) id-drittijiet u l-liċenzji mogħtija lilek hawnhekk għandhom jintemmu; (b) Int trid twaqqaf kull użu tal-App Mobbli.
Mingħajr preġudizzju għat-termini l-oħra dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà u ċ-ċaħda tal-garanziji stipulati fihom, aħna m’aħniex responsabbli lejk għal kwalunkwe ħsara jew alterazzjoni fit-tagħmir tiegħek, inkluż iżda mhux limitat għal, tagħmir tal-kompjuter, apparat handheld jew telephones ċellulari bħala riżultat tal-installazzjoni jew l-użu tal-App.
M’għandniex inkunu responsabbli f’każ ta’ xi ħsarat tekniċi li jseħħu waqt l-użu tal-App li jirriżultaw meta tniżżel applikazzjonijiet oħra, xi ħsarat tekniċi, użu ħażin tat-tagħmir tiegħek, ħajja tal-batterija, kwistjonijiet ta’ konnettività jew kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jinqala’ u li huma lil hinn mill-kontroll tagħna
UŻU PROJBIT Tista’ tuża s-sit għal skopijiet legali biss. Ma tistax tuża s-sit:
- Għal kwalunkwe mod li tikser xi liġi jew regolament applikabbli
- Għal kwalunkwe mod illegali jew qarrieqi, jew li għandu xi skop jew effett illegali, jew frodulenti
- B’mod li jista’ jikser id-drittijiet tagħna jew id-drittijiet ta’ terzi persuni
- Biex tippubblika, tittrażmetti jew ixxerred informazzjoni fuq jew permezz tas-sit, li hija oxxena, difamatorja jew biex tagħmel ħsara
- Biex tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għas-sit
- Biex tbiddel jew tfixkel is-sit, jew tbiddel id-dehra tas-sit, b’xi mod
- Biex b’mod konxju, tittrażmetti informazzjoni jew ittella’ jew tibgħat xi materjal, li fih viruses, trojan horses, worms, time-bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programm ieħor li jista’ jagħmel ħsara, jew computer codes simili, maħsuba biex jaffettwaw ħażin l-operat tas-software jew hardware tal-kompjuter
- Isir tentattiv biex tikseb aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe parti jew karatteristika tas-servizzi, jew xi sistemi jew networks oħra konnessi mas-servizzi, jew ma’ kwalunkwe server tal-Gvern ta’ Malta, jew għal kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tas-sit, permezz ta’ hacking, serq ta’ password, jew kwalunkwe mezz illeġittimu ieħor
- Biex tfittex, tiskennja jew tittestja l-vulnerabbiltà tas-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network konness mas-sit, jew biex tikser il-miżuri ta’ sigurtà jew ta’ awtentikazzjoni fuq is-sit, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe network konness mas-sit, inklużi s-servizzi
- Biex tagħmel reverse look-up, jew tfittex sors ta’ kwalunkwe informazzjoni fuq utent ieħor jew viżitatur tas-sit, jew xi klijent ieħor tal-Gvern ta’ Malta, inkluż kontijiet tas-servizz li mhumiex proprjetà tiegħek, jew li tisfrutta s-sit, kull servizz jew informazzjoni magħmula disponibbli jew offruta minn, jew permezz tas-sit, bi kwalunkwe mod fejn l-iskop huwa li tiżvela xi informazzjoni, inkluż iżda mhux limitata għal identifikazzjoni jew informazzjoni personali, għajr l-informazzjoni tiegħek stess, kif provdut mis-sit jew xi servizz ipprovdut permezz tas-sit
- Biex tiffalsifika headers jew timmanipula identifikaturi sabiex taħbi l-oriġini ta’ kwalunkwe messaġġ jew trasmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta’ Malta fuq jew permezz tal-websajt jew kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tal-websajt. Ma tistax tippretendi li int, jew li tirrappreżenta, lil xi ħadd ieħor, jew timpersonifika lil kwalunkwe persuna jew entità oħra sakemm ma tkunx awtorizzat.
Aħna nirriżervaw id-dritt li niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek lil kwalunkwe awtorità tal-infurzar tal-liġi hekk kompetenti, f’każ ta’ ksur tal-paragrafu preċedenti.
Inti taqbel ukoll:
Li ma tirriproduċix, tidduplikax, tikkopjax jew tbigħx mill-ġdid kwalunkwe parti tas-sit, bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet.
Li ma taċċessax mingħajr awtorizzazzjoni, tfixkel jew tagħmel ħsara:
- fi kwalunkwe parti tas-sit;
- fi kwalunkwe tagħmir jew network li hemm maħżuna fis-sit
- kwalunkwe software użat fil-provvista tas-sit; jew
- fi kwalunkwe tagħmir jew network jew software li jkollu, jew jintuża minn, terza persuna.
Li ma tuża l-ebda apparat, programm, algoritmu jew metodoloġija awtomatika oħra ta’ “page-scrape”, “robot”, “spider” jew apparat, programm, algoritmu jew metodoloġija, jew kwalunkwe proċess manwali simili jew ekwivalenti, biex taċċessa, takkwista, tikkopja jew tissorvelja kwalunkwe porzjon tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut ipprovdut permezz ta’ dan is-sit web, jew b’xi mod tirriproduċi jew tevita l-istruttura tan-navigazzjoni jew il-preżentazzjoni tas-servizzi jew kwalunkwe kontenut, biex tikseb jew tipprova tikseb kwalunkwe materjal, dokument jew informazzjoni permezz ta’ kwalunkwe mezz li ma jkunx apposta disponibbli permezz tas-sit web. Aħna nirriżervaw id-dritt li nipprojbixxu kwalunkwe attività bħal din.
Li ma tiħux azzjoni li timponi tagħbija mhux raġjonevoli jew li tkun sproporzjonatament kbira fuq l-infrastruttura tas-sit, jew fuq is-sistemi jew networks konnessi mas-sit.
Li ma tużax apparat, software jew rutina li tinterferixxi jew tipprova tinterferixxi mal-modus operandi tas-sit jew kwalunkwe tranżazzjoni li tkun qed issir fuq is-sit ma’ kwalunkwe persuna jew entità oħra.
LINKS GĦAL SITI OĦRA
Fejn il-websajt fiha links għal siti u riżorsi oħra pprovduti minn partijiet terzi, dawn il-links huma pprovduti għall-informazzjoni tiegħek biss. M’għandna l-ebda kontroll fuq il-kontenut ta’ dawk is-siti jew riżorsi, u ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà għalihom jew għal kwalunkwe telf jew ħsara li tista’ tinqala’ mill-użu tiegħek tagħhom.
LINKS GĦAL DAN IS-SIT
Tista’ tagħmel link għall-websajt, sakemm tagħmel dan b’mod ġust u legali u ma jagħmilx ħsara lir-reputazzjoni tagħna jew jieħu vantaġġ minnha, iżda m’għandekx tistabbilixxi link b’tali mod li tissuġġerixxi xi forma ta’ assoċjazzjoni, approvazzjoni jew appoġġ min-naħa tagħna fejn ma teżisti l-ebda waħda. Nirriżervaw id-dritt li nirtiraw il-permess tal-linking mingħajr avviż.
Dan is-sit ma jistax jiġi framed fuq kwalunkwe sit ieħor.
DRITTIJIET TA’ PROPRJETA INTELLETWALI
Aħna s-sid jew id-detentur tal-liċenzja tad-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali fil-websajt, u fil-materjal ippubblikat fuqha. Dawk ix-xogħlijiet huma protetti mil-liġijiet tad-drittijiet tal-awtur u t-trattati madwar id-dinja. Dawn id-drittijiet kollha huma riżervati.
Int tista’ tistampa kopji u tniżżel estratti, ta’ kwalunke paġna/i mis-sit għar-referenza personali tiegħek u tista’ tiġbed l-attenzjoni ta’ oħrajn fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħek għall-materjal li jinsab fuq is-sit.
Int bl-ebda mod ma tista’ timmodifika l-kopji kemm diġitali u anke fiżiċi, ta’ kwalunkwe materjal li tkun stampajt jew niżżilt, u ma tistax tuża kwalunkwe illustrazzjonijiet, ritratti, filmati jew sekwenzi tal-awdjo jew grafika, separatament mill-kitba li takkompanjahom.
Jekk inti tistampa, tikkopja jew tniżżel kwalunkwe parti tas-sit bi ksur ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu, id-dritt tiegħek li tuża s-sit jieqaf immedjatament u jkun jeħtieġlek, fid-diskrezzjoni tagħna, li tirritorna jew teqred kwalunkwe kopji ta’ materjali li tkun għamilt.
DIPENDENZA TA’ INFORMAZZJONI MTELLGĦA FUQ IS-SIT
Il-kummentarju u materjali oħra ppubblikati fuq il-websajt mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu parir dwar liema wieħed għandu joqgħod attent. Għalhekk, aħna niċħdu kull responsabbiltà li tirriżulta minn kwalunkwe dipendenza mqiegħda fuq tali materjali minn kwalunkwe viżitatur tal-websajt, jew minn kwalunkwe persuna li tista’ tkun infurmata dwar xi kontenut tagħha.
TIBDIL FIS-SIT
Aħna nimmiraw li naġġornaw il-websajt regolarment, u nistgħu nbiddlu l-kontenut fi kwalunkwe ħin. Jekk tinqala’ l-ħtieġa, nistgħu nissospendu l-aċċess għall-websajt, jew nagħlquha b’mod indefinit. Kwalunkwe materjal fuq il-websajt jista’ jkun skadut fi kwalunkwe ħin, u m’aħniex obbligati li naġġornaw tali materjal.
IL-COOKIES
Cookie tas-sessjoni hija biċċa dejta li tinħażen fuq il-kompjuter tiegħek u li tiskadi ladarba tagħlaq il-browser tal-internet tiegħek. Il-websajt tuża cookies tas-sessjoni biex tidentifika temporanjament l-azzjonijiet tal-utent meta juża l-websajt, inklużi s-servizzi. Cookie tas-sessjoni hija informazzjoni maħżuna fil-cache tal-browser tiegħek li hija disponibbli biss għall-websajt għat-tul tat-tieqa tal-ħajja tal-browser tiegħek (sessjoni) meta taċċessa l-websajt jew is-servizzi u l-ebda sit ieħor ma jista’ jitlob din l-informazzjoni. Billi tuża din il-websajt jew is-servizzi inti tagħti l-kunsens tiegħek għall-ħażna tal-cookies fuq il-kompjuter personali tiegħek. Biex tiżgura li l-informazzjoni maħżuna mill-cookie tas-sessjoni titneħħa mill-cache fuq il-kompjuter personali tiegħek, huwa rakkomandat ħafna li tagħlaq il-browser tiegħek meta tispiċċa tuża l-websajt jew is-servizzi.
SIGURTÁ
Aħna mhux se nkunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara kkawżata minn denial-of-service attacks, viruses u materjal ieħor li jagħmel ħsara teknoloġika u li jista’ jinfetta l-apparat tal-kompjuter, programmi, informazzjoni jew materjal ieħor minħabba l-użu tiegħek ta’ dan is-sit jew meta jitniżżel [C15] materjal li jinsab fuq is-sit jew xi sit ieħor illinkjat magħha.
LIMITAZZJONI TA’ RESPONSABBILTA
Il-materjal muri fuq il-websajt huwa pprovdut mingħajr ebda garanzija, kundizzjoni jew garanzija dwar l-eżattezza tiegħu. Sa fejn jippermetti l-liġi, aħna, kwalunkwe kontributur identifikat (inklużi entitajiet fi ħdan il-Gvern ta’ Malta) u partijiet terzi konnessi magħna b’dan neskludu espressament:
Il-kundizzjonijiet, garanziji u termini oħra kollha li huma altriment implikati bil-liġi.
Kull responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu dirett, indirett jew konsegwenzjali mġarrab minn kwalunkwe utent b’konnessjoni mas-sit jew mal-użu, inabbiltà tal-użu, jew riżultat tal-użu tas-sit, xi siti llinkjati magħha u kull materjal imtella’ fuqu, inkluż, mingħajr limitazzjoni, kull responsabbiltà għal:
- telf ta’ dħul jew introjtu;
- telf ta’ negozju;
- telf ta’ profitti jew kuntratti;
- telf ta’ informazzjoni;
- telf ta’ avvjament;
- ħin ta’ amministrazzjoni moħli;
u għal kwalunkwe telf jew dannu ieħor ta’ kwalunkwe tip, jiġi kif jiġi u kemm jekk ikkawżat b’tort (inkluż negliġenza), ksur ta’ kuntratt jew b’mod ieħor, anki jekk dan ikun prevedibbli.
Dan ma jaffettwa l-ebda responsabbiltà oħra min-naħa tagħna, li ma tistax tiġi eskluża jew limitata taħt il-liġi applikabbli.
CAĦDA TA’ GARANZIJI
Ma nagħtuk l-ebda garanzija jew assigurazzjoni. Aħna niddikjaraw u inti tirrikonoxxi li l-garanziji u l-kundizzjonijiet impliċiti kollha huma esklużi sal-massimu permess mil-liġi. Għandek tinnota b’mod partikolari: Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit web mhumiex maħsuba biex jikkostitwixxu dikjarazzjoni definittiva jew kompluta tal-liġi dwar kwalunkwe suġġett.
Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit mhumiex maħsuba sabiex jikkostitwixxu parir legali fi kwalunkwe sitwazzjoni speċifika.
Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit jistgħu jinkludu informazzjoni u riżorsi arkivjati jew antiki, li jistgħu jkunu skorretti jew skaduti.
Is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit, u l-mezzi li nużaw aħna biex nipprovdu dawn is-servizzi fuq is-sit jistgħu ma jkunux kompatibbli mal-konfigurazzjoni tas-software jew kompjuter tiegħek.
Aħna nistgħu nbiddlu jew nirtiraw, kemm in parte jew fis-sħiħ, is-servizzi pprovduti permezz ta’ dan is-sit u dan fid-diskrezzjoni tagħna.
L-aħħar aġġornament: Ottubru 2018
